“Ħerqana li nlaqqgħak ma’ oħtok il-kbira” – Rachel Fabri Camilleri

Ritratt: Facebook/RachelFabriCamilleri

Awguri lill-kantanta Rachel Fabri u r-raġel tagħha Andrew Camilleri li għadhom kif saru ġenituri għat-tieni darba.

Il-kantanta, li apparti s-sehem tagħha f’bosta musicals f’Malta tagħmel ukoll parti mill-grupp internazzjonali All Angels, ħabbret fuq Facebook li kellha wild ieħor hekk kif kitbet messaġġ lit-tarbija l-ġdida tagħha li tinsab ħerqana li tlaqqagħha ma’ oħtha l-kbira.

Fil-fatt il-koppja Camilleri saru ġenituri għall-ewwel darba f’Ottubru tal-2017 meta kellhom lil Hannah.

Fl-istess messaġġ hija ddeskriviet il-wid ġdid bħala “miraklu”, u fl-istess waqt irringrazzjat lill-istaff mediku tal-isptar Mater Dei, kif ukoll lil Alla.

Ritratt: Facebook/RachelFabriCamilleri

Awguri lil Rachel u lil Andrew.