Heritage Malta irċeviet 65 donazzjoni f’sitt xhur

Kalċi tal-fidda, Salib ta’ Antonio Sciortino, tliet presepji, 51 flixkun birra u 24 flixkun luminata kienu fost diversi donazzjonijiet li rċeviet Heritage Malta fl-aħħar sitt xhur.
Dan qalu l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Charles Mangion.
Bonnici qal li bejn Novembru 2015 u April 2016, Heritage Malta irċeviet 65 donazzjoni, jew medja ta' għaxar donazzjonijiet fix-xahar.
Id-donazzjonijiet kienu ta' natura varja. Minbarra l-oġġetti imsemmija, d-donazzjonijiet kien u jinkludu ukoll oġġetti militari bħal sodod tal-militar u balal, għal karrettun, pittura, kokka tal-Majolika, heater tal-pitrolju, magna taż-żrieragħ u żewġ bustijiet.