Herbalife mfittxija għad-danni

Il-kumpanija Herbalife reġgħet fl-aħbarijiet hekk kif qed tiġi mfittxija għad-danni, li jammontaw għal $1 biljun

Il-każ jinsab quddiem il-Qorti ta’ Miami fl-Istati Uniti, bid-distributuri, jiġifieri dawk li jixtru l-prodotti mingħand Herbalife u jerġgħu jbigħuhom, qed ifittxu lill-kumpanija minħabba dawk li sejħu wegħdi fiergħa li se jsiru sinjuri jekk isegwu l-mudell tagħhom tan-negozju.

F’din il-kawża mal-100,000 persuna jistgħu jieħdu passi kontra l-kumpanija. Il-każ mistenni jinstema’ f’Settembru tal-2019.

Fl-2016, Herbalife kellha tħallas $17.5 miljun u $200 miljun f’żewġ każi separati.