Henry jikkunsidra jekk isirx kowċ ta’ Bordeaux

Il-leġġena ta’ Arsenal Thierry Henry jinsab pass ‘il bogħod milli jsir il-kowċ il-ġdid ta’ Bordeaux wara li Gus Poyet ġie mkeċċi mill-klabb ta’ Ligue 1. Henry kellu karriera brillanti bħala plejer u ilu jaħdem bħala assistent tal-kowċ tal-Belġju Roberto Martinez sa mill-2016.

Henry għen lit-tim mimli talent tal-Belġju sabiex jasal sas-semi finali tat-Tazza tad-Dinja u sadanittant għażel li jieqaf jaħdem bħala kummentatur ma’ Sky Sports sabiex jiddedika aktar ħin lill-karriera ta’ kowċ.

Bordeaux iddeċidew li jneħħu lil Poyet mit-tmexxija tat-tim wara li l-Urugwajan ikkritika lis-sidien tal-klabb f’konferenza tal-aħbarijiet minħabba li biegħu lill-attakkant Gaëtan Laborde lil Montpellier għas-somma ta’ £4.5m.