Henley & Partners b’żieda ta’ 500% fil-profitti mill-passaporti

Il-kumpanija taċ-ċittadinanza Henley and Partners kellha żieda ta’ aktar minn 500% fil-profitti tagħha mill-Programm tal-Investitur Individwali (IIP).

Henley and Partners hija kumpanija ewlenija fit-taqsima tal-bejgħ tal-passaporti Maltin.

Meta wieħed iħares lejn ir-rappurtaġġ tal-Uffiċċju tar-Regolatur tal-IIP għat-Tieliet u Ħames rapporti (2016-2018), il-kumpanija rnexxielha ddaħħal ammont sinifikanti ta’ flus mill-IIP. Il-perjodu tar-rappurtaġġ kien bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Ġunju.

Fit-Tielet Rapport, li jinkludi l-profitti mill-bidu tal-IIP sal-perjodu 2016/2017, Henley and Partners irnexxielha tagħmel €5.8 miljun mis-servizzi tagħha. Il-Ħames Rapport juri li dan in-numru tela’ għal €28.8 miljun, 500% aktar minn meta beda l-proċess tal-IIP.

Għal rapport sħiħ tista’ tidħol hawn.