“Henjin dawk li jġibu l-paċi għax huma jissejħu wlied Alla”

Waqt il-programm JienInt li jixxandar fl-4.30pm fuq l-istazzjon Net, Francesca Polidano ser titkellem ma’ Fr Dr Martin Micallef OFM Cap. u ma’ Joe C Aquilina dwar żewġ Beatitudnijiet: “henjin dawk li huma safja f’qalbhom għax huma jaraw lil Alla” u “ħenjin dawk li jġibu l-paċi għax huma jissejħu wlied Alla”.

Dawn iż-żewġ Beatitudnijiet prattikament jiġbru fihom l-Evanġelju għaliex jekk wieħed verament jgħixhom ikun qed ikun jgħix dak li dejjem għallem Ġesù, jiġifieri li biex wieħed ikun kuntent hu u jagħmel lil ħaddieħor kuntent. Kif tagħmel f’kull programm, Francesca Polidano titkellem mal-mistiedna mil-lat personali biex inkunu nafu xi ħaġa oħra dwarhom.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.