Henderson iġedded il-kuntratt ma’ Liverpool

Jordan Henderson iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin ma’ Liverpool u jinsab lest sabiex itemm il-karriera tiegħu mal-klabb li ngħaqad miegħu fl-2011. Il-midfielder ta’ 28 sena lagħab 283 darba u skurja 24 gowl minn meta mar jilgħab ġewwa Anfield.

Liverpool kellhom iħallsu £16m meta xtraw lil Henderson mingħand Sunderland u sar captain tat-tim wara li Steven Gerrard sieħeb lil LA Galaxy. Il-plejer internazzjonali Ingliż huwa wieħed mill-aktar membri importanti fl-iskwadra ta’ Liverpool u Jurgen Klopp huwa konvint li jista’ jkompli jitjieb. Għalkemm s’issa għadu ma rebaħx l-ebda trofew prestiġġjuż, Henderson rebaħ il-League Cup u wasal sal-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun li għadda u sal-finali tal-FA Cup tal-2012.