Filmat: “Hemm silenzju min-naħa ta’ vittmi” – Claudette Buttigieg

VJOLENZA DOMESTIKA: Fittex l-għajnuna issa. Ċempel Support Line - 179 jew Pulizija - 112

Posted by Claudette Buttigieg on Tuesday, March 31, 2020

Il-Membru Parlamentari Claudette Buttigieg nediet filmat b’messaġġ li jindirizza lil vittmi ta’ vjolenza domestika, li f’dawn iż-żminijiet li qed nibqgħu ġewwa nipproteġu l-għeżież tagħna, qed isibuha aktar diffiċċli.

Hija tħeġġeġ lil dawn in-nies biex jagħmlu kuraġġ u jċemplu għall-għajnuna. Tħeġġeġ ukoll lil nies li jafu xi vittmi ta’ vjolenza domestika, biex jagħmlu kuntatt magħhom u jassiguraw li dawn jinsabu tajba.

Bħalissa f’id-dawl taċ-ċirkostanzi li d-dinja tinsab għaddejja minnu, hawn ħafna silenzju. Iżda dan mhux għax l-affarijiet sejrin tajba u l-affarijiet jistgħu jkunu ferm aktar serji.

“Kuraġġ. Dan huwa żmien diffiċċli. Irridu nieħdu ħsieb ta’ xulxin,” tfakkar Claudette Buttigieg.

Fuq il-paġna tagħha hija fakkrek ukoll in-numri ta’ fejn wieħed jista’ jċempel biex ifittex l-għajnuna:

Support Line – 179 jew Pulizija – 112.