“M’iniex komdu bis-sitwazzjoni”

Aġġornat 03:18 PM

Read in English.

Il-ġurnalisti fosthom ta’ Newsbook.com.mt li dalgħodu nġabru quddiem il-Berġa ta’ Kastilja ħadu l-kummenti tal-Membri Parlamentari Laburisti, huma u deħlin għall-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista.

Il-Membru Parlamentari Robert Abela qal li m’huwiex komdu bis-sitwazzjoni. Huwa żied jgħid li dak kollu li għandu jgħid se jgħidu fil-grupp tiegħu.

X’qalu l-Membri Parlamentari Laburisti l-oħra?

  • “Il-PM se jismagħna u jiddeċiedi” – Edward Zammit Lewis
  • “Preokkupat bħal kulħadd dwar dak li qed jiġri” – Josè Herrera
  • “Għandi kunfidenza sħiħa fil-PM u fl-istituzzjonijiet” – Aaron Farrugia
  • “Il-fatti jiġu stabbiliti fil-Qorti” – Owen Bonnici
  • “Għandi fiduċja sħiħa fil-Prim Ministru” – Silvio Parnis
  • “Ħallu lill-istituzzjonijiet jaħdmu” – Michael Farrugia, Anthony Agius Decelis, Clint Camilleri, Byron Camilleri

“Hemm min qed jagħmel xogħlu” – Clifton Grima

Il-Membru Parlamentari Laburista Robert Abela stqarr li hu mhux komdu bis-sitwazzjoni u li dak li għandu jgħid dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri se jgħidu fil-Grupp Parlamentari. Żied jgħid li anke jekk hux lest jirriżenja f’każ li Mizzi u Schembri ma jirriżenjawx, se jgħidu wkoll fil-Grupp Parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, li  “l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet f’Malta għandhom jitħallew jaħdmu b’mod seren”. Insista li “hemm min qed jagħmel xogħlu”. Din kienet it-tweġiba ta’ Grima għall-mistoqsija jekk jekk jemminx li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi għandhomx jirriżenjaw. 

Kompla jgħid li issa bdew joħorġu r-riżultati, minkejja li ilu jingħad li f’Malta m’hawnx rispett lejn il-liġi (Saltna tad-Dritt).