“Hemm domanda għal prostituti tqal” – Assistenta Soċjali

L-assistenta soċjali Romina Lopez temmen li l-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni ma tfissirx li se jsir xogħol iżjed sikur.  Lopez taħdem Dar Hosea, ċentru għan-nisa li jaħdmu bħala prostituti.

Hi ddeskriviet l-effetti koroh li kieku l-postituzzjoni tiġi legalizzata waqt intervista ppubblikata f’Universe of Faith, websajt amministrata mill-Istituzzjoni ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Arċdjoċesi ta’ Malta.

Riċerka u esperjenza uriet lil Lopez li fl-aħħar snin kien hemm domanda għal nisa tqal bħala prostituti. L-effetti negattivi fuq xiħaġa bħal din huma enormi.

“Twaqqa’ d-dinjità tal-mara”

Hi spjegat kif il-legalizzazzjoni ta’ prostituzzjoni twaqqa’ d-dinjità tal-mara, u saħħet l-argument tagħha b’referenza għal riċerka dwar l-industrija fejn turi li hemm ħafna vjolenza u stupru.

Is-sistema ta’ ċċekkjar għal mard sesswali u condoms b’xejn hija idea li ma tagħmilx sens, sostniet Lopez. Dan hekk kif dawk li jfittxu l-prostituti jħallsu iżjed biex ma jintużawx kontraċettivi, u huma qatt ma jiġu ċċekkjati għal mard sesswali.

“Is-suq tas-sess se jikber”

Żiedet tgħid li wara li jiġi legalizzat il-prostituzzjoni, s-suq tas-sess se jikber, u jiġi inkontrollabli. Ikun hawn domanda u mhux biżżejjed nies, u għalhekk ikun hawn iżjed vjolenza kontra n-nisa, spjegat Lopez.

Romina Lopez wissiet li xiħaġa hekk se tgħallem lill-irġiel li n-nisa jistgħu jiġu kkonsmati bħala oġġetti sesswali, u din tinnormalizza l-idea peress li tkun legali.

Għal aktar dettalji, tista’ taqra r-rapport sħiħ hawnhekk.