Hemm ċans li Xhaka jirritorna għal-logħob ma’ Arsenal

Unai Emery qal li Granit Xhaka jaf jirritorna mat-tim ta’ Arsenal għal-logħba kontra Southampton li se tintlagħab nhar is-Sibt. Anka jekk ftit taż-żmien ilu qal li mhux ċert hux se jerġa’ jilgħab logħba oħra ma’ Arsenal.

Xhaka li għandu 27 sena tneħħa minn captain wara li kkonfronta lill-partitarji b’mod agressiv waqt logħba kontra Crystal Palace x-xahar li għadda. Il-midfielder ma lagħbx għal dawn l-aħħar erba’ logħbiet, iżda l-maniġer ta’ Arsenal qal li jaħseb li issa lest biex jagħmel ir-ritorn tiegħu mat-tim.

Emery qal li d-deċiżjoni se tittieħed illum.

Emery żied jgħid li tkellem miegħu l-bieraħ filgħodu u kellhom konverżazzjoni tajba ħafna. Spjega kif Xhaka trenja ħafna qabel ma waqfu għal pawża internazzjonali u ħadem tajjeb ukoll il-bieraħ waqt it-training.