Hemm bżonn ta’ notifika għall-installazzjoni tal-cameras

Skont il-kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data qabel jiġu nstallati cameras tas-sigurtà, jeħtieġ notifikazzjoni mingħandu.

Dan joħroġ mir-rapport ‘Surveillance States’ li jevalwa l-protezzjoni għall-privatezza  taċ-ċittadini ewropej.

Newsbook.com.mt kien irrapporta li ftehim riċenti bejn Transport Malta u l-Pulizija dwar aċċess għall-materjal awdjoviżiv irrekordjat minn 60 kamera li TM tħaddem ma kienx approvat mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.

TM b’iktar ksur tal-liġi tal-Protezzjoni tad-Data – espert

Ir-rapport jikkritika l-fatt li l-karti tal-Identità mhumiex biometriċi, li l-media mhux ħielsa f’Malta u minkejja hi parti minn Schengen, għandha protezzjoni dgħajfa biex tipproteġi data sensittiva.

Is-‘Surveillance States’ jgħid li l-Qrati Maltin iddeċidiet favur perjodi qosra taż-żamma tad-data.