Hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata – GRECO

L-abbozz tar-rapport tal-Grupp ta’ Stati tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-korruzzjoni magħruf bħala l-GRECO qal li jekk Malta mhux se tirranġa s-sistema kriminali ġudizzjarja se jkun hemm riskju li din tikkolassa.

Skont il-ġurnal Times of Malta r-rapport tal- GRECO qal li r-responsabbiltajiet kriminali għandhom jiġu maqsuma bejn l-istituzzjonijiet inkella din is-sistema se tispiċċa taħt pressjoni.

Ir-rapport qal li Malta hemm bżonn li taħdem fuq l-allegazzjonijiet u investigazzjonijiet ta’ dawk involuti. Huma qalu li nuqqas ta’ azzjoni twassal biex il-politiċi jkunu involuti fil-korruzzjoni mingħajr ma dawn jaffaċċjaw konsegwenzi. Membri tal-grupp GRECO qalu li waqt żjara Malta huma kontinwament kienu f’diffikulta biex jaċċessaw informazzjoni mill-istituzzjonijiet ewlenin Maltin minħabba l-livell għoli ta’ segretezza.

Il-Grupp semma li n-nuqqas ta’ azzjoni legali lejn dawk li ġew imsemmija fil-Panama Papers hija simbolu li s-sistema mhijiex effiċjenti. GRECO irrimarkaw li mir-rapporti u l-investigazzjonijiet, l-unika investigazzjoni li wasslet fit-tmiem kienet dik ta’ Egrant li kellha l-appoċċ tal-Prim Ministru.

Ara għal-iktar dettalji tista’ tara r-rapport sħiħ hawn.