“Hemm bżonn li jingħalqu partijiet mill-internet” – Theresa May

Kumpaniji tat-teknoloġija ddefendew l-għaġir tagħhom fil-konfront tal-kontenut estremist li jitla’ fuq l-internet wara l-aħħar attakk terroristiku f’Londra.
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May talbet biex jitwaqqaf l-aċċess għal siti partikolari fuq l-internet għax skontha kumpaniji kbar tat-teknoloġija qed jiprovdu spazju sigur fejn it-terroristi jkunu jistgħu jxerdu u jiddiskutu l-ideoloġija tagħhom.
B’reazzjoni għal dan Google qal li l-kumpanija diġa nefqet miljuni kbar ta’ flus biex tindirizza din is-sitwazzjoni filwaqt li Facebook u Twitter qalu li qed jagħmlu kull ma jistgħud biex iwaqqfu l-attività terroristika fuq is-siti tagħhom.
Google li hu s-sid ta’ Youtube, Facebook li hu s-sid ta’ WhatsApp u Twitter kienu l-akbar tliet kumpaniji li kienu pressati biex jindirizzaw il-problema ta’ tixrid ta’ kontenut estremist fuq l-internet.