“Hemm bżonn 400 infermier” – Chris Fearne

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr li huwa kkalkulat li fuq it-tliet snin li ġejjin se jkun hemm ħtieġa ta’ 400 imfermier ieħor mat-3,600 infermier li hemm impjegati bħalissa.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), fejn twaqqfet kampanja sabiex aktar żgħażagħ jiġu mmotivati biex jidħlu għal din il-professjoni.

Fearne stqarr li hu sodisfatt li spiċċa ż-żmien fejn kien hemm limitu fuq l-għadd ta’ studenti li setgħu jidħlu għall-kors ta’ infermiera. Saħaq li “bħalissa l-Università ta’ Malta qed tipproduċi medja ta’ bejn 170 u 190 infermier kull sena”.

Il-President tal-MUMN esprima l-importanza tal-irwol ta’ dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, u li b’popolazzjoni li qiegħda dejjem tiżdied, qed tiżdied ukoll id-domanda għal dawn is-servizzi.