Hemm bżonn 4 miljun dollaru biex terġa’ tinbena Gaża

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry ħabbar li l-Istati Uniti se tkun qed tagħti $212-il miljun f’għajnuna biex Gaża terga’ tinbena.
Din iċ-ċifra se tkun qed tiżdied mal-ammont li l-Amerika diġà tat għall-istess għan biex issa l-għajnuna se tkun qed tlaħħaq il-$414-il miljun.
F’konferenza fil-Kajr dwar għajnuna għal Gaża, awtoritajiet Palestinjani qalu li biex din terġa tinbena wara l-kunflitt mal-Iżrael fl-aħħar xhur, hemm bżonn $4 biljun.
Il-konferenza qed tkun organizzata mill-Gvern Eġizzjan u Norveġiż bil-għan li jinġabru aktar fondi għar-rikostruzzjoni ta’ Gaża.
Fil-50 jum ta’ ġlied qalil, 2,130 Palestinjan, il-maġġoranzja nies ċivili, tilfu ħajjithom.
Qabel ġie ffirmat il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied, il-maġġoranza tad-djar, skejjel u bini ieħor f’Gaża ġew meqruda.
Skont il-Ġnus Magħquda, sal-aħħar ta’ Settembru, madwar 60,000 persuna kienu għadhom qed jgħixu fix-xelters.