Ħemel tajn fil-baħar, qrib il-proġett tad-DB

Fuq il-midja soċjali l-eks Ċerperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola tella’ ritratt tal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan fejn juri ħemel ta’ tajn li niġġeż il-baħar b’mod konsiderevoli. Fir-ritratt, li ttella’ ftit tas-sigħat ilu, jidher li t-tniġġiż infirex ma parti kbira mill-bajja, qrib in-naħa fejn hemm ir-ramel, propju fejn bosta Maltin u turisti jmorri biex jirrilassaw.

Cassola kien diġà rrapporta każ ieħor simili fejn il-baħar safa vittma tat-tniġġiż. Hu kien staqsa jekk it-tniġġis fil-Bajja ta’ San Ġorġ hux ġej mix-xogħlijiet li qed isiru mill-Grupp db, fl-eks sit tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi iżda baqa’ bla risposta.