Ħelsien mill-arrest wara li saq wrong way

Raġel ta’ 39 sena li lbieraħ saq wrong way fil-Marsa ngħata l-ħesien mill-arrest fuq garanzija personali ta’€500 u multa ta’ €2,000.

Waqt li kien qed isuq il-vettura, il-pulizija pruvat twaqqfu iżda huwa prova jaħrab minħabba li allegatament kien qed isuq mingħajr liċenzja u polza tal-assiġurazzjoni. Il-Pulizija tal-RIU kellhom jintervjenu, huma waqqfu lill-vettura u arrestaw lir-raġel minnufih. Ir-raġel tressaq il-qorti akkużat li prova jidrob gravi żewġ pulizija, rreżista l-arrest, hedded lill-uffiċjali u saq bla liċenzja u polza tal-assigurazzjoni.

Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih bl-avukat tad-diviża jgħid li l-akkużat kien fi stat ta’ paniku. L-ispettur qal li ħadd ma weġġa’ f’ dan l-inċident u l-maġistrat tagħtu ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa u ma joħroġx bejn is-7pm u s-7am.