Ħelsien mill-arrest għar-raġel li sawwat pulizija

Ingħata l-ħelsien mill-arrest ir-raġel ta’ 40 sena mill-Birgu mixli li aktar kmieni dan ix-xahar ta xebgħa lil uffiċjal tal-pulizija
Il-każ seħħ fil-jiem li għaddew, meta l-akkużat twaqqaf bil-karozza f’San Ġiljan, minn pulizija li dakinhar ma kienx xogħol.
Huwa nħeles fuq diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €10,000.