Ħelset minn “imbarazz” li jiswa l-eluf

Fl-Istati Uniti, f’ċentru ta’ riċiklaġġ tal-iskart elettroniku f’Silicon Valley, għaddejja tfittxija intensiva għal kompjuter antik li għal mara partikolari kien qiegħed biss jiġbor it-trab u riedet teħles minnu.
Il-mara naddfet maħżen tar-raġel wara li dan miet u remiet dak li fl-opinjoni tagħha kien qiegħed hemm biss biex jokkupa l-ispazju.
Fost l-“imbarazz”, il-mara ħelset minn kaxxa mimlija apparat elettroniku li kien jinkludi wkoll kompjuter antik tal-Apple li kien inbena minn Steve Jobbs innifsu.
Irriżulta li dan il-kompjuter hu oġġett tal-kollezzjonisti u għandu l-valur ta’ $200,000, jew €183,000.