Helpline għar-residenti f’Ta’ Xbiex

Il-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex nieda helpline ta’ assistenza għar-residenti tal-lokalità.

Fuq Facebook is-Sindku Max Zammit qal li l-helpline se jkun attiv 24 siegħa kuljum. Il-helpline qiegħed jitwaqqaf b’mod speċjali għall-anzjani.

“M’aħniex se nħallukom waħedkom,” kiteb Zammit.

In-numru tal-helpline huwa 79338846.

M'aħniex se nħallukom waħedkom. Minn għada il-Kunsill Lokali Ta' Xbiex se jattiva helpline; 79338846 biex nassistu…

Posted by Max Zammit on Sunday, March 15, 2020

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn