Helpline għal dawk bil-vizzju tal-logħob tal-azzard

Gluecksfall ħabbret uffiċjalment li se jkollha helpline apposta għal dawk li jkollhom il-vizzju tal-logħob tal-azzard.

Dan il-helpline se jibda fit-12 ta’ Frar fis-6pm, u se jkun miftuħ ukoll għall-qraba ta’ dawk bil-problema u għall-professjonisti. Min iċempel huwa garantit anonimità u kunfidenzjalità. L-aġent tal-helpline se jkun counsellor apposta, lest li jisma’ l-problemi u jgħin kif jista’.

Għall-bidu, il-helpline se jkun disponibbli nhar t’Erbgħa biss. Jekk ikun hemm domanda ikbar, il-helpline jibda jopera b’mod iżjed frekwenti.

Gluecksfall hija assoċjazzjoni li toffri l-għajnuna u l-pariri lil dawk ivvizzjati bil-logħob tal-azzard u oħrajn li jkunu f’riskju li jaqgħu għall-vizzju.