Hello ta’ Adele…tagħmilha!

F’temp ta’ 88 ġurnata, il-vidjow tad-diska Hello ta' Adele fuq YouTube, rawh biljun darba.
Minn wara Gangnam Style ta’ PSY, li kien l-ewwel wieħed li laħaq il-biljun wara biss 159 ġurnata, il-vidjow Hello huwa l-iżjed wieħed li laħaq il-biljun f’ħin daqshekk qasir.
Wara li Adele kienet ilha nieqsa mix-xena mużikali għal erba’ snin, il-vidjow rawh 27.7 miljun darba fl-ewwel jum li ttella’ fuq YouTube.