Ħelisha ħafif wara li nqaleb bil-karozza viċin l-Ajruport

Raġel jgħoddha b’waħda wara li nqaleb bil-karozza taħt il-mina li mill-Ajruport tagħti għal Ħal Kirkop.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li r-raġel ħareġ waħdu mill-karozza u ma jidhirx li weġġa’.
Kelliem għall-Pulizija qal li fuq il-post marru pulizija u anke l-Protezzjoni Ċivili.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am.