Jiġġarraf ħelikopter mediku; 4 l-isptar

Erba’ persuni spiċċaw feruti, b’wieħed fil-periklu tal-mewt, wara li ħelikopter mediku ġġarraf f’awtostrada f’Chicago Illinois, is-Sibt filgħaxija.

Il-piloti għamlu sejħa għall-għajjut bir-radju minn ambulanza tal-ajru Eurocopter 135, madwar 9:15pm (Central Time 0215 GMT). Skont dikjarazzjoni mil-Awtorità Federali tal-Avjazzjoni, il-ħelikopter ġġarraf ftit wara fuq rampa tal-awtostrada Interstat 57.

Jidher li l-pilota u tnejn oħra li kienu abbord jinsabu f’kundizzjoni stabbli fl-isptarijiet ta’ Chicago.

L-ebda persuna fuq l-art ma weġġgħet. Il-Bord tas-Sikurezza tat-Trasport Nazzjonali qed jinvestiga l-inċident.