Ħelikopter jikkraxxja fi Franza; 3 mejta

Read in English.

Tliet ħaddiema tas-salvataġġ mietu waqt li kienu qed jaħdmu sabiex jgħinu persuni li nqabdu f’għargħar in-Nofsinhar ta’ Franza.

Media internazzjonali qed tirrapporta li huma mietu wara li l-ħelikopter li kienu fih ikkraxxja viċin Marseille. Il-ħelikopter kien qed itir fuq ir-reġjun Var il-Ħadd bil-lejl, meta skont uffiċċjali ntilef il-kuntatt għal kollox. Il-ħelikopter u t-tliet ħaddiema nstabu viċin ir-raħal Rove. Intant infetħet investigazzjoni dwar il-każ.

Xita qalila fin-Nofsinhar ta’ Franza qed twassal għal għargħar li qed jispiċċa jaħsad il-ħajja ta’ bosta persuni.