Ħelikopter f’Marsalforn se jsalva lis-Salvatur

Dalgħodu bosta kienu dawk li ħasbu li ġrat xi diżgrazzja, minħabba li ħelikopter kien qed idur fil-baxx f’għelieqi bejn ix-Xagħra u Marsalforn.
Minflok diżgrazzja, din id-darba kienet grazzja għall-istatwa tas-Salvatur, għax il-ħelikopter huwa relatat ma’ xogħol li huwa ppjanat li jsir fuq din l-istatwa.
Minħabba l-inżul fil-baxx tal-ħelikopter f’għelieqi li jinsabu bejn ix-Xagħra u t-triq ewlenija li mir-Rabat tagħti għal Marsalforn, hemm il-pulizija jiddevjaw it-traffiku. 
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt il-ħelikopter ilu jdur fl-inħawi għall-aħħar jumejn. 
Ritratti: Joseph Zammit/info@newsbook.com.mt