Ħelikopter fil-baxx f’Marsalforn

Helikopter tal-Forzi Armati deher wieqaf fl-ajru għal xi ħin qrib Għar Qawqla f’Marsalforn, aktar kmieni dalgħodu.
Minħabba li kien fil-baxx, f’żona magħrufa għall-kurrenti ta’ taħt il-baħar, nies fuq il-post ħasbu li kienet operazzjoni ta’ salvataġġ.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li dan huwa ħelikopter ġdid tal-Forzi Armati ta' Malta, u li bħalissa għaddej taħriġ, filwaqt li ma kien hemm l-ebda inċident. 

Ritratt fuq: info@newsbook.com.mt