Aġġornata: Ħelikopter b’pazjent ma setax jinżel minħabba karozza pparkjata f’nofs il-helipad

Il-pazjent li ma setax jitniżżel Mater Dei b'ħelikopter minħabba li kien hemm karozza pparkjata fuq il-Helipad miet.
Il-każ imur lura għal nhar is-Sibt li għadda ħelikopter ma setax jinżel fil-ħelipad tal-Isptar San Luqa għax f’nofs il-ħelipad kien hemm karozza pparkajata.
Fis-sitta ta’ filgħaxija, maġenb il-helipad, kien hemm ambulanza u tim mediku li kienu qed jistennew lill-ħelikopter jinżel sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-pazjent li nġieb minn Għawdex.
Minħabba l-karozza, il-ħelikopter kellu jmur lura l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.  Il-ħelikopter reġa’ wasal Malta u niżżel lill-pazjent għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija.
Id-Dipartiment tas-Saħħa qal li qed jinvestiga l-każ b’serjetà kbira.  
Skont ir-riżultat ta’ din l-investigazzjoni d-Dipartiment se jieħu mill-ewwel il-passi  dixxiplinarji meħtieġa, inkluż sospensjoni minn fuq il-post tax-xogħol ta’ min kien involut.
Se jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi assigurat li każ simili ma jerġax iseħħ.