Helga Pizzuto tinħatar chairman tal-MCCA

Helga Pizzuto hija ċ-Chairman il-ġdida tal-Awtorità dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur l-MCCAA.
L-Inġinier Pizzuto okkupat diversi karigi eżekuttivi kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku fosthom Kap tal-Management Efficiency Unit, kif ukoll provdiet servizzi ta’ konsulenza indipendenti f’oqsma tekniċi u ta’ tmexxija.
Hija għandha esperjenza estensiva fil-qasam regolatorju fejn okkupat il-kariga ta’ Chief of Technology Management fi ħdan l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, fejn mexxiet il-grupp li kien responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha tekniċi u materji ta’ compliance fi ħdan l-Awtorità.
Riċentament, l-Inġ. Pizzuto okkupat il-kariga ta’ Chief Officer Business and Programme Development fi ħdan l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob.
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli irringrazzjat liċ-Chairman uxxenti u awgurat kull suċċess lill-Inġ. Pizzuto fil-kariga tagħha.