Helena Dalli skrutinizzata fit-2 ta’ Ottubru

Luke Zerafa

Read in English.

Il-Kummissarju Ewropew Maltija nnominata, Helena Dalli, mistennija tgħaddi mill-iskrutinju tal-Membri Ewroparlamentari fit-2 ta’ Ottubru.

Skont skeda li ppubblika l-Parlament Ewropew, il-grilling tal-Kummissjoni Ewropea mistenni jsir it-Tnejn 30 ta’ Settembru u jintemm fit-8 ta’ Ottubru.

Dalli mistennija tidher quddiem żewġ kumitati speċifiċi, il-kumitat li jitratta d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza tal-ġeneru kif ukoll il-kumitat dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen ħabbret li Helena Dalli mistenni tieħu f’idejha l-portafoll tal-Ugwaljanza.

Qabel kull smigħ, il-kandidati huma mitluba jwieġbu bil-miktub ħames mistoqsijiet dwar is-settur li ġew innominati għalih.