​Helena Dalli tgħid li l-baġit tal-UE m’għandux ikun finanzjat mit-taxxi

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli qalet li Malta temmen li l-baġit tal-Unjoni Ewropea m’għandux ikun finanzjat direttament mit-taxxi. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar it-tnaqqis propost fil-baġit taħt il-policy ta’ koeżjoni. 
Waqt li kienet qed tindirizza l-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tal-UE, il-Ministru Dalli qalet li l-fond ta’ koeżjoni jgħin fl-iżvilupp ta’ ħafna stati membri u għandu jibqa’ hemm għax ikattar it-tkabbir ekonomiku. 
Sostniet li l-pożizzjoni ta’ Malta hija wkoll kontra tnaqqis ieħor fil-baġit dwar l-agrikoltura, fejn jidħlu sussidji diretti u fondi għall-iżvilupp rurali. 
Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi baġit ta’ €1,135 biljun.
Ritratti: MEAE