Helena Dalli llum tidher quddiem il-Parlament Ewropew

Luke Zerafa

Illum, l-Kummissarju Ewropew Maltija nnominata, Helena Dalli, mistennija tgħaddi mill-iskrutinju tal- membri tal-parlament ewropew.

Dalli mistennija tidher quddiem żewġ kumitati speċifiċi, il-kumitat li jitratta d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza tal-ġeneru kif ukoll il-kumitat dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali.

S’issa żewġ kummissarji nnominati mir-Rumanija u l-Ungerija ma ġewx approvati mill-parlament ewropew. L-approvazzjoni ta’ kandidati teħtieġ zewġ terzi tal-voti.

Qabel kull smigħ, il-kandidati huma mitluba jwieġbu bil-miktub ħames mistoqsijiet dwar is-settur li ġew innominati għalih.

Il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen ħabbret li Helena Dalli mistenni tieħu f’idejha l-portafoll tal-Ugwaljanza.
F’nofs Ottubru jkun jmiss lil Von der Leyen innifisha li tiffaċċja vot fil-plenarja dwar il-kummissjoni kollha.