Helena Dalli: “Iktar komunikazzjoni ma’ Maltin li jgħixu barra”

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli saħqet dwar l-importanza tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini Maltin barra l-pajjiż biex jibqgħu aġġornati dwar dak li qed jiġri f’Malta.
Hija qalet dan meta kienet mistiedna tal-Kunsill tal-Komunità Maltija ta’ New South Wales. 
Tkellmet dwar ir-riforma elettorali fil-kostituzzjoni biex dawk li għandhom id-dritt għall-vot ikunu jistgħu jivvutaw mingħajr ma jiġu obbligati jiġu Malta. 
Ritratti: MEAE