Iħeġġeġ iktar inizjattivi li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini fil-qasam tal-ġustizzja

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici attenda laqgħa informali tal-Ministri għall-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi Bratislava fis-Slovakkja.
Il-Ministru Bonnici sostna li Malta tħeġġeġ kontinwament iktar inizjattivi fuq livell Ewropew, li jtejbu l-ħajja taċ-ċitadini fil-qasam tal-ġustizzja. Żied jgħid li b’dawn l-inizjattivi, iċ-ċittadini Ewropej jistgħu jaraw li qed issir differenza għall-aħjar fil-ħajja tagħhom.
Huwa ta l-appoġġ ta’ Malta favur iktar kooperazzjoni f’diversi oqsma tal-ġustizzja, li jinkludu l-protezzjoni tad-data elettronika fl-investigazzjonijiet kriminali, l-iffaċilitar ta’ skemi ta’ identifikazzjoni permezz tal-informatika sar-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet matrimonjali bejn pajjiż differenti.
Matul il-Kunsill tkompliet id-diskussjoni dwar it-twaqqif ta’ uffiċċju ta’ Prosekutur Ewropew li jiffoka dwar offiżi ta’ frodi li jaffettwaw il-baġit Ewropew.
Ritratt: MCJL