Heddu li joqtlu lil Ozil u lill-gwardjan tiegħu

Żewġ persuni heddu li joqtlu lill-istilla ta’ Arsenal Mesu Ozil kif ukoll lill-gwardjan li jipproteġih fid-dar fit-Tramuntana ta’ Londra. Dan ħareġ fil-qorti nhar it-Tlieta.

Fil-qorti ntqal li l-inċident ġara f’qasi żmien wara li l-Ġermaniż żied is-sigurtà ġewwa Highgate mansion wara li kien attakkat waqt li kien qiegħed fil-karozza tiegħu. Salaman Ekinci u Ferhat Ercun li għandhom 27 sena ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom. Huma kienu akkużati li kienu ta’ theddida, abbużivi u insultaw lill-gwardjan biex jintimidawh f’Awwissu li għadda.

Iż-żewġ irġiel kienu akkużati li użaw kliem għoxxen bit-Tork mal-gwardjan.

Il-gwardjan fil-qorti qal li l-irġiel marru quddiem id-dar ta’ Ozil darbtejn, u mat-tieni darba bdew joffendu lilu kif ukoll lil sieħbu li kien qed jaħdem miegħu dak iż-żmien.

Il-każ se jkompli jinstema’ aktar tard din is-sena.