Hedded u ħeġġeġ il-mibgħeda razzjali

Żvediż ta’ 43 sena nstab ħati li ħedded li joqtol persuni ta’ karnaġġjon skur u li ħeġġeġ mibgħeda razzjali.
Nicklas Sturk insulenta lil ġara tiegħu meta għenet persuni Afrikani li kienu qed jiġbru l-iskart f’Ġunju li għadda f’Pembroke.
Peter u Christine Grima xehdu fil-qorti li Sturk hedded lit-tfal addottivi tagħhom u li imbotta wieħed minnhom.
Sturk ma ċaħadx l-akkużi miġjuba kontrih iżda qal li mbotta lit-tifel għaliex ħaseb li kien wieħed li aggredih ftit tal-ġimgħat qabel.
Huwa weħel sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.