Hedded lis-sieħba u pprova jaħrab mill-pulizija

Raġel, residenti x-Xgħajra, li allegatament hedded is-sieħba tiegħu u pprova jaħrab mill-kustodja tal-pulizija, ingħata l-pleġġ.

Ir-raġel kellu okkażjonijiet oħra simili t’akkużi.

Il-qorti ddeċidiet li jingħata l-pleġġ anka jekk kien għad fadal l-allegata vittma u numru ta’ uffiċjali li kienu għadhom iridu jixhdu. Il-qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal tul il-proċeduri.

Iċ-ċirkustanzi baqgħu ma nbidlux u kien konkluż li f’dan l-istadju ma jidirx li hemm periklu eminenti li tkun imbagħbsa l-evidenza. Dan wassal għalekk biex ir-raġel joħroġ fuq pleġġ.