Hedded lill-ġenituri b’mannara għax ried jiekol perżut fid-Duluri

Żagħżugħ ta’ 18-il sena nżamm arrestat wara li hedded lill-ġenituri tiegħu b’mannara wara li dawn ma ħallewħx jiekol perżut f’jum id-Duluri.

Fil-Qorti nstema’ kif l-argument bejniethom qam il-Ġimgħa filgħaxija f’Bormla. Iż-żagħżugħ xtaq jiekol biċċa perżut mal-ħobż mixwi imma l-ġenituri tiegħu ma ħallewhx. Hu mbagħad ġab mannara u heddedidhom biha. F’jum id-Duluri, xi Nsara jgħażlu li jsumu mil-laħam u mill-ħelu.

Fl-awla ż-żagħżugħ deher jibki u allega li kien ġie mhedded mill-ġenituri tiegħu diversi drabi.