Hedded li jaħraq lil Metsola; sentenza sospiża

Ir-raġel li qal li l-Membru tal-Parlament Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola kellha tinħaraq ħajja ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiża għal sena.

Illum il-Qorti sabet lil Emmanuel Navarro ta’ 66 sena ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

F’Novembru, Navarro kiteb fuq Facebook biex jgħid li l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti, l-iżjed Roberta Metsola, għandhom jinħarqu ħajjin.

Ftit wara bdiet investigazzjoni mill-Pulizija.

Meta deher il-Qorti għall-ewwel darba, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.  Però, eventwalment inħeles.

Metsola qalet li laqgħet l-apoloġija li għamel Navarro.