Ħebb u għajjar 3 pulizija; sena u nofs ħabs

Read in English.

Wayne Deguara weħel 18-il xahar ħabs u €4000 multa talli qajjem għagħa f’għassa tal-Pulizija.

Wara li kellu argument mat-tfajla tiegħu, ilbieraħ, Deguara ta’ 28 sena, ġie arrestat wara li rreaġixxa b’mod vjolenti fl-għassa ta’ Birżebbuġa. Dan wara li ġie infurmat li qiegħed jiġi ffilmjat mill-kameras tas-CCTV.

Huwa ġie akkużat li uża l-vjolenza biex jirreżisti lill-Pulizija, li hedded lil numru ta’ uffiċjali u weġġa’ lil 3 minnhom, kif ukoll li għamel ħsara lill-uniformi tagħhom. Kien akkużat ukoll talli uża lingwaġġ oxxen fil-pubbliku.

Deguara ammetta li wettaq dawn ir-reati.

L-Avukatessa tad-Difiża spjegat li r-raġel kien ħa xi mediċina u xorob l-alkoħol ukoll, u dan wassal għal reazzjoni esaġerata.

Il-Qorti sabitu ħati u tatu sentenza ta’ 18-il xahar ħabs u multa ta’ €4000.