Heatwaves? Jew fadlilna?

Hekk kif is-sajf dejjem qed joqrob, is-sħana jidher li qed tiżdied, kemm f’Malta kif ukoll fil-pajjiżi tal-madwar li se jiġu milquta minn heatwaves.
Partijiet mir-Renju Unit,speċifikament żoni f’Londra u l-Iskozja jidher li qed iħejju ruħhom għal wieħed mill-aktar sjuf sħan fl-aħħar ħames snin, bit-temparatura tibda tiela’ b’mod konsiderevoli minn għada.
Il-bajjiet u l-parks qed jaraw żieda ta’ nies li qed jittamaw li jieħdu ftit kulur li toffri x-xemx, speċjalment meta qed jidher li tliet xhur li jmiss fir-Renju Unit se jkunu aktar sħan mis-soltu.
Milli jidher, it-temperatura llum telgħet propju għal 25 grad, filwaqt li għada mistennija tilħaq propju 28 grad f’ċertu żoni tar-Renju Unit.
Min-naħa l-oħra jidher li Malta wkoll mistennija jkollha jiem xemxin għall-ġimgħa li ġejja hekk kif l-ogħla temperatura se tilħaq propju l-25 grad, filwaqt li l-inqas mhux se tinżel inqas minn 15-il grad.