Heather Parisi tagħlaq 60 sena

Kien bħal-lum fl-1960 li twieldet iż-żeffiena u preżentatriċi Heather Parisi, magħrufa għall-interpretazzjoni ta’ bosta kanzunetti tas-Snin 80 kif ukoll għadd ta’ programmi li ħadet sehem fihom bħala preżentatriċi u żeffiena.

Imwielda f’Los Angeles Parisi ħadmet fl-Istati Uniti mas-San Francisco Ballet u mal-American Ballet Theatre fi New York City.

Waqt li kienet fuq vaganza fl-Italja ġiet innuttata mill-korjografu Franco Miserio li ħeġġiġha tagħmel audition mar-RAI. Marret tajjeb u fl-1979 iddebuttat fl-ispettaklu Luna Park ta’ Pippo Baudo.

Sena wara bdiet tidher f’Fantastico, varjetà ieħor tar-RAI li bħala ftuħ hija kienet tidher tkanta l-kanzunetta Disco Bambina li saħansitra kienet sparat fil-quċċata tal-klassifika mużikali Taljana.

Hija baqgħet tidher f’aktar programmi kif ukoll kisbet vosta suċċessi mużikali oħra fosthom bil-kanzunetta Cicale.

Fil-ħajja provata hija omm ta’ erba’ wlied Rebecca Jewel, Javqueline Luna, kif ukoll it-tewmin Dylan u Elizabeth li twieldu fl-2010.