Ħdax imutu wara nirien f’dar tal-anzjani r-Russja

Moscow News Agency

Ħdax-il persuna mietu wara nirien f’dar tal-anzjani fir-Russja, f’reġjun ħdejn il-muntanji Urali. Dettalji dwar dan tħabbru mill-Gvern Russu.

In-nirien ġew irrappurtati għall-ħabta tat-3 a.m. fil-ħin lokali (2300 tat-Tnejn Ħin ta’ Malta) fil-villaġġ ta’ Ishbuldino. In-nirien ġew mitfija tliet sigħat wara.

“Erba’ persuni irnexxielhom jevakwaw lilhom infushom waħedhom qabel il-ħaddiema tat-tifi tan-nar”, kompliet l-istqarrija. .

Il-kumitat investigattiv tar-Russja qal li nieda inkjesta dwar dan l-inċident.