11-il żagħżugħ arrestati fl-aħħar jiem wara li nqabdu bid-droga

Nhar il-Ġimgħa li għadda, erba’ żgħażagħ Maltin ġew arrestati wara li nsabu fil-pussess ta’ droga x’aktarx raża, il-pjanta u l-ħaxixa tal-kannabis.
Iż-żgħażagħ, li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u 23 sena, ġew arrestati waqt rejd li sar fi Pjazza San Pawl, il-Ħamrun.
Dawn mistennija jitressqu l-Qorti b’akkuzi relatati ma’ traffikar u pussess ta’ droga fil-jiem li ġejjin.
Intant, matul il-lejl li għadda, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u t-Taqsima tal-Klieb, arrestaw sebat irġiel mis-Somalja u l-Etjopja f’Paceville.
Dan inqabdu fil-fatt waqt li kienu qed jitraffikaw id-droga suspettata raża, pjanta tal-kannabis u kif ukoll kokaina
L-età ta’ dawn iż-żgħażagħ tvajra bejn l-20 u 25 sena. 
Huma tressqu l-Qorti, iktar kmieni llum b’akkużi relatati ma’ pussess u traffikar tal-istess sustanzi, fejn ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest u għadhom qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.