Ħbieb biss jew maħbubin?

Daniel Testa u Ylenia Spiteri

Ilhom ħbieb għal bosta snin u llum huma wkoll kollegi fuq ir-radju. Iżda skont xnigħat li qed iduru jidher li bejn il-preżentaturi Daniel Testa u Ylenia Spiteri hemm aktar minn ħbiberija.

X’qed iwassal għal dawn ix-xnigħat?

Skont dak li qed jingħad, iż-żewġ preżentaturi ntlemħu flimkien f’diversi okkażjonijiet u anki fil-viċinanzi tad-dar ta’ Testa fil-Għargħur, u saħansitra jieklu flimkien.

Tgħid hemm aktar minn sempliċiment ħbiberija? Tgħid se jkollna koppja oħra fil-midja lokali?

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn