“Ħbewlna għax kienu jafu li mhux se jżommu l-wegħda?” – għalliem

Tkompli s-saga tal-ftehim settorjali tal-għalliema li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema (MUT).
Għalliem ieħor tkellem ma’ Newsbook.com.mt u staqsa għaliex l-MUT li hu membru tagħha, ħbitilhom dwar il-ftehim. Qanqal suspett li dan sar “għax kienu jafu li l-ftehim ma kienx l-istess bħal dak illi kien mwiegħed”.
Stqarr li flimkien ma’ għadd kbir ta’ għalliema oħra ħassu tradut mill-MUT.
Żvela kif għalkemm l-għalliema talbu lill-unjin biex jingħataw kopja tal-ftehim qabel ma ġie ffirmat, hu ra biss sentenza qasira fuq l-internet dwar ċertu punti partikolari. Iddeskriva l-informazzjoni li ngħatat bħala “ambigwa”.
Allegatament, lill-għalliema ntqalilhom li ma kienx possibli li jaraw il-ftehim sħiħ.
L-istess għalliem qal li hija pjuttost tad-daħk kif il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li “hemm faxxa li tħoss li ma ġiex milħuq dak li kienu qed jistennew” meta l-għalliema kollha li għandhom inqas minn 20 sena esperjenza ġew affetwati.
Newsbook.com.mt ra screenshot minn grupp tal-għalliema fuq Facebook fejn saret il-mistoqsija: Tħossok pożittiv dwar il-ftehim il-ġdid?
Sal-ħin li ttieħed l-iscreenshot madwar 400 għalliema wieġbu “le”, filwaqt li 11 qalu li jħossuhom pożittivi.    

L-għalliem qajjem argument ieħor ma’ Newsbook.com.mt dwar l-effett ħażin li se jkollu dan il-ftehim fuq dawk l-istudenti li forsi kienu qed jitħajru biex isiru għalliema. Stqarr li l-ftehim se jħalli lill-għalliema li għandhom inqas minn 20 sena esperjenza “diżappuntati” u “demoralizzati”.
Dwar is-sentiment ta’ tradiment, il-President tal-MUT Marco Bonnici kien qal ma’ Newsbook.com.mt li fi ftehim li jolqot għadd kbir ta’ nies, huwa normali li jkun hemm faxxa li tħoss li ma ġiex milħuq dak li kienu qed jistennew. Minkejja dak kollu li nkiteb fuq il-mezzi soċjali, Bonniċi insista li l-MUT kienet dawret l-informazzjoni mal-membr i bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li saret.
Aqra l-ittra tal-għalliem hawn taħt:
Dear editor,
I am a teacher and as many others I feel betrayed by our union. We have countless times requested a copy of the agreement prior to the signing, however we were only provided with an online survey which was only a short sentence on certain points and was ambiguous and far from clear. Hence we asked to see the whole agreement before signing, however we were told this was not possible. Why all this secrecy? Why hide it from us? Maybe because they were aware that it was NOT as promised?
Moreover certain questions were conveniently left out of the survey; such as the half yearly exams issue were most teachers are against its removal; and incorrect information; such as when we were offered 14% increase on the first year for all teachers (see image attached).
We were also told by the MUT that the agreement could not be uploaded online and we had to pick it up from their office from next Monday, however it was ridiculed and put online by the Education. We were also said that the wage increase would not be part of the collected document (next Monday) and that this information would come out later on. WHY? Why give an agreement with salaries omitted? However once again they were ridiculed by the education and the salaries increase were sent by the Education via email.
It is funny that Mr Bonnici states “hemm faxxa li tħoss li ma ġiex milħuq dak li kienu qed jistennew”, where ALL teachers with less than 20 years’ experience were affected. I am in the MUT group were hundreds and hundreds of members are complaining as can now be seen in the survey.
I am feeling like I was in some sort of conspiracy theory without knowing.
If this agreement had to encourage students to take up this profession, it has done the exact opposite. If it had to give an additional boost to teachers to improve their teaching, it has done the exact opposite, since I can assure you that teachers with less than 20 years’ experience will go back to work tomorrow disappointed and demoralized.
A following basic screenshot shows a quick poll in the MUT member group. Names were of course cleared for obvious reasons.
A very disappointed teacher.