Read in English.
Dr Tanya Melillo, Konsulent tal-Mediċina Pubblika fit-Taqsima tal-Mard Infettiv qalet li mhix problema li toħroġ anzjani mill-istess dar għal dawra bil-karozza. Madanakollu enfasizzat li din mhix problema sakemm ma jiltaqgħu u jitkellmu ma’ ħadd.
“Dawra bil-karozza fil-kampanja ma tagħmilx ħsara”, sostniet Dr Melillo.
Jekk familja sħiħa ma toħroġx u għalhekk m’għandhiex kuntatt ma’ ħaddieħor, trid tiddiżinfetta kollox il-ħin kollu?
Il-konsulent spjegat li sakemm qegħdin id-dar u m’għandhom kuntatt ma’ ħadd aktar, m’hemmx għalfejn li wieħed jiddiżinfetta kollox il-ħin kollu. Iżda fakkret li jekk xi ħadd iġibilhom xi xirja, ikun jeħtieġ li jiddiżinfettaw kull oġġett u wara jaħslu jdejhom sew bis-sapun.
L-appuntamenti annwali mat-tobba u speċjalisti għandi nżommhom?
Dr Tanya Melillo spjegat li appuntament ta’ check-up tista’ tipposponih, għax mhux daqshekk importanti. Madanakollu saħqet li min għandu appuntamenti importanti, bħal meta wieħed irid jibdel xi mediċina jew għandu bżonn xi testijiet oħra, għandu jmur. “It-tobba u l-ispeċjalisti qed jieħdu ħsieb u jieħdu l-prekawzjonijiet kollha”, kompliet tgħid.
Dawk li jħossu xi wġigħ f’sidirhom għandhom jibżgħu jmorru l-isptar? X’għandhom jagħmlu?
Dr Melillo qalet li taf min qed jibża’ jmur l-isptar jekk iħoss xi ħaġa bħal uġigħ f’sidru. Appellat li min iħoss xi ħaġa jew ikollu ksur, jew attakk tal-appendiċite għandu jmur l-isptar immedjatament. Irrimarkat li hemm żewġ emerġenzi fl-isptar – waħda għal dawk bis-sintomi tal-Covid-19 u problemi respiratorji, u l-emerġenza l-oħra għal problemi ġenerali.
Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel
- 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
- 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
- 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
- 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
- 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
- 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
- 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
- 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
- 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
- 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
- 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
- 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
- 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.
Rappurtaġġ addizzjonali: Liz Cutajar