Ħaż-Żabbar jonora lil Francesca

Ritratt: Facebook/IvanGaffiero

Iċ-ċkejkna Francesca Rausi tkompli tagħmel isem għaliha nfisha u apparti l-unuri fil-qasam tal-modeling, illejla ġiet onorata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar b’wieħed mill-unuri mogħtija f’Ġieħ Ħaż-Żabbar.

Francesca hi tifla bid-Down Syndrome li apparti li rnexxielha tirbaħ bosta kompetizzjonijiet tal-modelling f’Malta bdiet tagħmel ukoll isem għaliha nfisha anki mal-midja internazzjonali.

Ritratt: Facebook/IvanGaffiero

Fost l-ewwel persuni li llejla awguraw b’mod uffiċjali lil Francesca għall-unur li kisbet f’Ħaż-Żabbar kien hemm Ivan Gaffiero li fil-kompetizzjonijiet tal-modelling jagħti wkoll opportunitajiet lil persuni bid-Down Syndrome biex ikunu nklużi u jkunu wkoll parti mid-diversi avvenimenti li huwa jorganizza. Huwa rringrazzja lis-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech talli llejla rrikonoxxa t-talenti ta’ din iċ-ċkejkna.

Ritratt: Facebook/IvanGaffiero

Prosit Francesca. Ninsabu tassew kburin bik!