Ħatriet ġudizzjarji: Il-Gvern mhux se jappella

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Gvern mhux se jappella deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali dwar talba li ġiet milquha biex il-każ jiġi riferut lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Dan qalitu l-għaqda mhux governattiva Repubblika fuq Twitter.

Aqra: Ħatriet Ġudizzjarji: Il-Qorti Kostituzzjonali se tirreferi l-każ lill-Qorti Ewropea

Il-Qorti Kostituzzjonali iddeċidiet li l-każ tal-ħatriet tal-ġudikatura se jiġi referut lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, nhar it-Tnejn li għadda. Fi stqarrija l-Gvern kien qal li se jkun qed jitlob formalment permess għall-appell għad d-digriet li ngħata. Iżda il-Ħamis, il-Gvern informa l-Qorti li mhux se jkun qed jappella.

Iż-żewġ partijiet fil-kawża se jkunu qed jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-Qorti. Nhar il-25 ta’ Novembru t-test tat-talba għar-riferenza se jkun lest biex jintbgħat lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Fil-kawza li Repubblika kienet fetħet kontra l-Gvern dwar il-ħatriet tal-Imħallfin u l-Maġistrati, l-għaqda kienet argumentat li l-Gvern qed imur kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, meta esprima l-intenzjoni li jkompli jaħtar il-ġudikanti bl-istess proċedura sakemm jimplimenta t-tibdil fis-sistema. Il-kawża infetħet wara s-sett tal-aħħar ħatriet.

L-avukati Jason Azzopardi u Simon Busuttil qed jidhru għall-għaqda Repubblika.

Aqra iktar:

6 ħatriet ġodda fil-ġudikatura; 3 imħallfin u 3 maġistrati

Repubblika titlob lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga l-ħatriet tal-ġudikatura